Jonqsu l-każi ta’ korrimenti fuq il-post tax-xogħol

Statistika tal-Awtorità tas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol, l-OHSA, turi li bejn l-2013 u l-2016, il-każi ta’ korrimenti fuq il-postijiet tax-xogħol naqsu kull sena.
Din l-istatistika tal-OHSA ġiet ippubblikata fil-Parlament mill-Ministru Helena Dalli fejn qalet ukoll li s-setturi assoċjati mal-ogħla rati ta’ korrimenti huma dawk tal-kostruzzjoni, tat-trasport u tal-ħażna.
Ir-rata ta’ fatalitajiet fuq il-post tax-xogħol kienet ta’ żewġ każi kull sena fl-2013 u fl-2014, 3 każi fl-2015 filwaqt li fl-2016 kien hemm każ fatali wieħed.
Il-Ministru Dalli kienet qed twieġeb għall-mistoqsija parlamentari tad-deputat Laburista Robert Abela.​

SenaRata ta' korrimenti f'postijiet tax-xogħol
20131,508
20141,455
20151,358
20161,341