Jonqsu l-kawżi ċivili pendenti fil-qrati

Il-Ministeru għall-Ġustizzja qal li l-ammont ta’ kawżi ċivili pendenti naqas bi 15% meta mqabbel mar-riżultati tal-ewwel tliet xhur tas-sena 2012.
Fi stqarrija, il-Ministeru qal li r-rata ta’ kemm jinqatgħu kawżi ċivili, imqabbla ma’ kemm jidħlu kawżi fil-qrati, hi ta’ 118%.
Qal ukoll li bħalissa, l-ammont ta’ kawżi ċivili pendenti huwa l-inqas minn kemm ilha tinżamm l-istatistika bis-sistema kompjuterizzata fil-qrati.
Barra minn hekk, saħaq ukoll li għal darb’oħra, ġie rreġistrat ukoll titjib fl-ewwel tliet xhur tas-sena fejn jidħol dewmien skont kejl u standard li jintuża minn entitajiet Ewropej.
Ritratt: Arkivji