Jonqsu l-inċidenti tat-traffiku fl-ewwel xhur tal-2020

Arkivji

In-numru ta’ inċidenti tat-traffiku li ġew irrapportati fl-ewwel kwart tal-2020 kien inqas minn dawk irrapportati fl-istess perjodu tal-2019.

Fi stqarrija l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) qal li bejn Jannar u Marzu tal-2020 kien hemm 3,357 inċidenti. Fl-istess xhur tal-2019 kien hemm 3,656 inċidenti.

In-numru ta’ nies li weġġgħu fl-inċidenti fl-ewwel kwart tal-2020 naqas b’15% għal 306 meta mqabbel mas-sena preċedenti. Il-maġġoranza ta’ dawk li weġġgħu b’mod gravi din is-sena kienu rġiel. Il-maġġoranza ta’ dawk li weġġgħu kellhom bejn il-41 u d-59 sena.

Skont l-NSO il-maġġoranza ta’ inċidenti li fihom ikun weġġa’ xi ħadd kienu jinvolvu karozza tal-passiġġieri (70.3%). Fit-tieni post kien hemm il-muturi (22.5%) u wara vetturi tal-merkanzija (4.6%).

L-NSO qal li meta wieħed iħares lejn l-istatistika ta’ din is-sena jrid iqis il-pandemija tal-coronavirus.