Jonqsu l-ġurijiet pendenti

L-għadd ta’ ġurijiet pendenti naqas b’27% matul l-ewwel tliet xhur ta’ din is-sena meta mqabbel ma’ ħames snin ilu.
F’konferenza tal-aħbarijiet, il-Ministru għall-Ġustizzja Owen Bonnici qal li fiż-żewġ Qrati qed jiġu deċiżi tliet darbiet aktar kawżi milli jidħlu.
Żied jgħid li dan jikkuntrasta ma’ ħames snin ilu fejn kienet tiġi deċiża kawża waħda għal kull erbgħa li jidħlu
Dr Bonnici spjega li sal-aħħar ta’ Marzu, l-appelli pendenti minn ġurijiet niżlu minn 61 għal 28.
Huwa wera s-sodisfazzjon għal dan it-tnaqqis u qal li matul din il-leġiżlatura saru sensiela sħiħa ta’ riformi fil-proċedura penali sabiex il-ġustizzja tiġi amministrata bl-iktar mod effiċjenti u fil-ħin.
Ritratt: DOI: Jeremy Wonnacott