Jonqsu l-baqar fl-2014

Matul is-sena li għaddiet, il-baqar f’Malta naqsu bi 2.2% għal 14,883 baqra.
Ċifri tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) juru li ż-żgħar ta’ inqas minn sena reġgħu żdiedu, din id-darba b’rata inqas ta’ 4.3%, waqt li naqsu b’rata ferm ikbar dawk li għandhom iktar minn sena.
Fil-fatt, il-baqar ta’ bejn sena u sentejn naqsu bi 15.9% waqt li dawk li għandhom iktar minn sentejn naqsu bi 13.6%.
Fl-2014 naqsu l-irziezet li jrabbu l-baqar, minn 308 għal 281. 120 razzett minnhom qed irabbu 91% tal-baqar kollha għall-produzzjoni tal-ħalib.
L-NSO qal li l-parti l-kbira tal-irziezet tal-baqar għandhom bejn tlieta u 29 baqra fir-razzett tagħhom. Imma dawn huma biss 7.3% tal-popolazzjoni kollha tal-baqar f’Malta.
B’kuntrast, 67.8% tal-baqar f’Malta jinsabu f’irziezet meqjusa kbar għax għandhom iktar minn 100 baqra.
Fuq bażi reġjonali, kważi terz tal-baqar fil-gżejjer Maltin jinsabu f’irziezet f’Għawdex fejn hemm 4,881 baqra imqabbla ma’ 10,002 baqriet fil-gżira ta’ Malta.