Jonqsu l-applikazzjonijiet għall-ażil f’Malta

Matul is-sena li għaddiet, f’Malta ġew reġistrati 1,610 applikazzjoni għall-ażil filwaqt li fis-sena ta’ qabel kien hemm 1,735 li applikaw għall-ażil, b’hekk, ir-rata ta’ dawk li japplikaw għall-ażil naqset b’7% fuq is-sena ta’ qabel.
Dan ġie kkonfermat fi statistika li ppubblikat il-Eurostat u li fiha turi wkoll li Malta kellha fost l-ogħla numru ta’ applikanti fl-Unjoni Ewropea meta mqabbla mal-popolazzjoni tal-pajjiż.
L-aktar persuni li applikaw f’Malta s-sena l-oħra kienu Sirjani (27%), Libjani (25%) u Somali (21%).
Fl-istqarrija, il-Eurostat jgħid li fl-Unjoni Ewropea kien hawn 650,000 applikazzjoni għall-ażil, tnaqqis ta’ 46% fuq is-sena ta’ qabel.
Tlieta minn kull 10 (30%) japplikaw għall-ażil fil-Ġermanja filwaqt li tnejn minn kull ħamsa (20%) japplikaw fl-Italja.

L-informazzjoni skont il-pajjiżi: