Jonqsu bi 3 darbiet il-kawżi pendenti fit-Tribunal għal Talbiet Żgħar

Il-Ministeru għall-Ġustizzja stqarr li l-kawżi pendenti fit-Tribunal għal Talbiet Żgħar naqsu bi kważi tliet darbiet matul din il-leġiżlatura.
Fi stqarrija,  il-Ministeru qal li sal-aħħar ta’ Marzu ta’ din is-sena kien hemm 463 kawża pendenti. F’Marzu tal-2012 kien hemm 1,174 kawża pendenti.
Semma kif it-titjib seħħ minkejja li żdiedet il-kompetenza legali tal-kawżi li jisma’ t-Tribunal.