Jonqsu b’70% l-immigranti li nġiebu Malta

Fl-2014 waslu Malta 569 immigrant irregolari. Dan juri tnaqqis ta’ 71% fuq is-sena li għaddiet.
Skont statistika tal-NSO,  67% ta’ dawk li nġiebu Malta kienu ta’ oriġini Afrikana waqt li l-bqija kienu mill-Ażja.
Aktar minn terz ta’ dawk li nġiebu Malta kienu Somali waqt li 20% kienu mis-Sudan.
Il-maġġoranza ta’ dawk li waslu bid-dgħajes kienu Sirjani filwaqt li l-Uffiċċju tar-Refuġjati f’Malta rċieva 1,352 applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali. Dan juri tnaqqis ta’ kważi 40% fuq l-applikazzjonijiet tas-sena li għaddiet.
Aktar minn nofs l-applikazzjonijiet kienu rġiel ta’ bejn it-18 u l-24 sena.