Jonqsu b’41% tal-linja li jgħaddu mill-Ħamrun

Il-karozzi tal-linja li jgħaddu mit-triq ewlenija tal-Ħamrun naqsu b’41% fis-siegħa.
Għall-mistoqsijiet ta’ Newsbook.com.mt kelliema għall-Ministeru għat-Trasport qalet li fi żmien l-Assoċjazzjoni tat-Trasport Pubbliku (ATP) kienu jgħaddu 29 karozza tal-linja fis-siegħa. Żiedet tgħid li mal-introduzzjoni tal-Arriva bdew jgħaddu 17-il karozza tal-linja fis-siegħa.
L-istess kelliema qalet li ċ-ċaqliq tat-traffic lights fi Triq il-Kbira San Ġużepp fil-Ħamrun tan-naħa tal-Kappella ta’ Dun Ġorġ kien dovut għal dan it-tnaqqis fir-rotot.
Spjegat kif fi żmien l-ATP kien hemm bżonn ta’ bus bays fuq iż-żewġ naħat iżda meta tnaqqsu r-rotot ma kienx għad hemm bżonn iż-żewġ bus bays.
Qalet li dan wassal biex it-traffic lights ġew imressqa sabiex tintlaħaq tajjeb mill-bus stops il-ġodda. Żiedet tgħid li b’dan l-arranġament żdiedu wkoll il-kaxxi tal-parkeġġ fit-triq.
Minn informazzjoni li għandu RTKNews, għal madwar ġimgħa fix-xahar ta’ Frar,  f’din il-parti tat-triq ewlenija ma kien hemm l-ebda dwal tat-traffiku.