Jonqos l-iżbilanċ tal-Gvern b’€36 miljun

Fl-ewwel seba’ xhur ta’ din is-sena il-Fond Konsolidat tal-Gvern irreġistra defiċit ta’ €105 miljun.
Ċifri tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika juru li meta tqabbel l-ewwel seba’ xhur ta’ din is-sena ma’ tas-sena l-oħra, kien hemm żieda fid-dħul ta’ €253.6 miljuni, filwaqt li l-ispiża telgħet b’€217.6 miljuni.
Dan wassal biex l-iżbilanċ tal-Gvern jonqos b’€36 miljun, wara li rreġġistra żbilanċ ta’ €105 miljun.
Id-dħul tal-Gvern kiber minn diversi oqsma, fosthom mill-Income Tax u mill-VAT li kkontribwew kważi €100 miljun. Filwaqt li n-nefqa tal-Gvern kienet tikkonsisti fost l-oħrajn fi €15-il miljun għal proġetti kapitali bħal bini ta’ toroq.