Jonqos l-għadd ta’ persuni jirreġistraw għax-xogħol

F’Ġunju, in-numru ta’ persuni li kienu jirreġistraw għax-xogħol kien jammonta għal 6,751.
Dan jikkumpara mas-7,279 li kienu jirreġistraw fl-istess xahar tas-sena li għaddiet.
Skont informazzjoni li nħarġet mill-Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ, l-ETC, f’Ġunju ġie rreġistrat tnaqqis ta’ 489 persuna li kienu jirreġistraw għax-xogħol. 
L-għadd ta’ persuni li jirreġistraw naqsu f’kull eta’ bl-akbar numru jkun rrapurtat fost dawk li għandhom 45 sena jew akbar.   
Meta kkumparat ma’ Ġunju tal-2013, kien hemm żieda ta’ 261 persuna li kienet ilha tirreġistra għal aktar minn sena.
Intant, in-numru ta’ persuni li kien ilhom jirreġistaw għal inqas minn 21 ġimgħa naqsu b’500.
L-għadd ta’ persuni b’diżabilita’ u li jirreġistraw għax-xogħol naqsu b’37 persuna biex issa t-total ilaħħaq l-490.