Jonqos l-ammont ta’ turisti f’Malta – NSO

Read in English.

It-total ta’ turisti fl-ewwel sitt xhur tas-sena naqsu b’0.8% meta mqabbel mal-istess perjodu tas-sena l-oħra. L-ammont ta’ ljieli li t-turisti qattgħu f’Malta wkoll tbaxxa, din id-darba b’4%.

Fl-ewwel sitt xhur tas-sena li għaddiet kien hemm aktar minn 954,000 persuna li bbukja xi lukanda jew guesthouse f’Malta. Fl-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena l-ammont niżel għal 947,000. Il-medja ta’ ljieli f’dawn it-tip ta’ akkomodazzjonijiet niżel b’0.2% għal 4.8% bejn April u Ġunju ta’ din is-sena.

Meta wieħed iħares lejn is-sitwazzjoni f’Għawdex, isib li s-sitwazzjoni hi xi ftit negattiva. Meta mqabbel mas-sena li għaddiet l-ammont ta’ turisti f’Għawdex niżel b’madwar 1,615-il persuna. B’hekk fl-ewwel sitt xhur tas-sena marru Għawdex 43,000 persuna.