Jonqos l-ammont ta’ ħut frisk maqbud

Matul l-aħħar kwart tas-sena 2012, l-ammont u l-valur tal-ħut maqbud naqas b’22.2% u 7.6% rispettivament meta kkumparat mas-sena ta’ qabel.

Skont statistika maħruġa mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika, fl-2012, l-ammont ta’ ħut frisk kien jammonta għal 123,921 kilogramma. Kien hemm tnaqqis sostanzjali fil-ħut l-aktar komuni li jinqabad, bħal pixxispad li naqas b’54.8%.

Madanakollu kien hemm żieda ta’ 69.1% fl-ammont ta’ tonn. Il-valur tal-ħut frisk maqbud naqas b’7.6%. Dan ifisser li l-valur naqas minn 0.9 miljun ewro għal 0.8 miljun ewro.