Jonqos l-ammont ta’ flus foloz fl-idejn f’Malta

Karti foloz flus Malta

Fl-ewwel nofs tal-2018 kien hemm tnaqqis fin-numru ta’ karti tal-flus foloz li ġew irrapportati lill-Bank Ċentrali ta’ Malta. Dan skont stqarrija maħruġa mill-bank stess. L-ammont totali kien ta’ 391 karta tal-flus falza li ġew irtirati miċ-ċirkolazzjoni. Dan ifisser 17% inqas minn dak li kien ġie irtirat sitt xhur qabel.

Skont il-bank, l-ammont ta’ flus foloz li nġabru tant hu żgħir li jirreferi għalih bħala insinifikanti. L-ammont hu baxx ukoll bħala proporzjon meta kkumparat mal-ammont totali tal-karti tal-flus foloz maqbuda fiż-żona tal-ewro kollha matul l-istess perjodu, li jammonta għal 301,000 karta tal-flus.

Lokalment, il-karti tal-€20 u tal-€50 għadhom l-iktar karti li jiġu ffalsifikati. Intant impjegati mill-Currency Operations Office qegħdin jagħtu taħriġ dwar kif wieħed jista’ jidentifika l-karti tal-flus foloz.