Jonqos ix-xogħol fil-kostruzzjoni

Ix-xogħol fis-settur tal-kostruzzjoni matul l-2013 naqas b’5% meta kkumparat mas-sena ta’ qabel.
Skont figuri maħruġa mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika, dan it-tnaqqis qed ikun attribwit għat-tnaqqis li kien hemm fix-xogħol ta’ inġinerija ċivili u kostruzzjoni speċjalizzata.
L-ammont totali ta’ sigħat maħduma ukoll naqsu b’6.3% fuq l-istes perjodu tal-2012. L-ikbar tnaqqis fis-sigħat kien irreġistrat fis-settur tal-inġinerija ċivili.
Kien hemm ukoll tnaqqis ta’ 4.4% fil-pagi tal-ħaddiema f’dan is-settur.
Il-permessi għal bini residenzjali naqsu b’25.3%.