Jonqos il-valur tal-frott u l-ħaxix

Fl-aħħar kwart tas-sena li għaddiet, il-volum ta’ frott u ħaxix fi swieq uffiċjali kien ta’ ftit aktar minn 8 miljun kg, b’valur ta’ ftit aktar minn €4 miljun.

Dan ifisser tnaqqis ta’ kważi 9% fil-piż u tnaqqis ta’ kważi 8% fil-valur.

L-ikbar tnaqqis kien reġistrat fil-patata, qarabagħli, tadam u pastard.

Bdiewa Maltin ipprovdew ftit aktar minn 7 miljun kg tal-frott u ħaxix fis-suq Malti, li jfisser tnaqqis ta’ 9% fuq l-istess perijodu tal-2011.