Jonqos id-defiċit u d-dejn tal-Gvern bħala % tal-PGD

Id-defiċit ġenerali tal-Gvern is-sena li għaddiet kien ta’ €129 miljun jew 1.5% tal-Prodott Gross Domestiku tal-pajjiż.
Id-dejn konsolidat kien ta’ €5,620.7 miljun jew 63.9% ta’ dak li jipproduċi l-pajjiż.
Ċifri tal-NSO juru li bejn l-2014 u l-2015 id-defiċit naqas kemm fi flus, b’€34.4 miljun inqas, kif ukoll bħala perċentwal hekk kif sena qabel dan kien fil-livell ta’ 2% tal-PGD.
Id-dejn żdied bħala valur fi flus, b’€198.8 miljun, imma niżel bħala perċentwal mis-67.1% li kien fl-2014.
B’mod separat, l-NSO ppubblika wkoll il-bilanċ tal-Gvern għall-aħħar tliet xhur tas-sena.
Imqabbel mal-istess żmien sena qabel, il-Gvern kellu bilanċ pożittiv ta’ €95.3 miljun, l-iktar minħabba trasferimenti kapitali u dħul minn taxxi fuq il-produzzjoni u l-importazzjoni.