Jonqos bin-nofs iż-żmien ta’ proċessar ta’ applikazzjonijiet fl-Awtorità tad-Djar

Talbiet għall-għajnuna mill-Awtorità tad-Djar, matul is-sena li għaddiet, ħadu bħala medja nofs iż-żmien li kienu jieħdu fl-2012.
Dan joħroġ minn informazzjoni mogħtija mill-Ministru għas-Solidarjetà Soċjali Michael Farrugia fi tweġiba għall-mistoqsija tad-Deputat Laburista Charles Mangion.
Farrugia fisser li fl-2012, il-medja ta’ ġranet ta' proċess għal kull applikazzjoni kienet tvarja minn 392 jum f’każ ta’ Skema ta’ Irranġar u Titjib għal 132 jum f’każ ta’ Għotja fuq Bini/Irranġar/Titjib tal-ewwel residenza.
Matul is-sena li għaddiet, il-medja ta’ ġranet li ħadet applikazzjoni biex tiġi proċessata kienet tfarja minn 168 jum  għal applikazzjoni taħt l-Iskema ta’ Diżabilità għal 89 jum fil-każ ta’ Għotja fuq Bini/Irranġar/Titjib tal-ewwel residenza.