Jonqoslu l-kumpens għax kellu parti mit-tort

Il-Qorti tal-Appell ordnat li tnaqqas il-kummens b’aktar minn nofs lil raġel li kien weġġa’ waqt taħriġ fuq it-tifi tan-nar fil-kumpless tal-Protezzjoni Ċivili f’Ħal Far.
Il-każ seħħ fl-2002 meta kien flimkien ma’ tliet persuni oħra waqt simulazzjoni ta’ nara f’binja ta’ żewġ sulari, imdallma u mdaħħna.
L-erba’ persuni mxew f’filliera b’hose tal-ilma biex xħin isibu n-nar jitfuh.
Ir-raġel kien miexi quddiem u  waqa’ minn għoli ta’ żewġ sulari f’bokka ta’ xaft li kienet miftuħa.
Huwa weġġa’ dirgħajh serjament u ġie operat iżda sofra diżabbiltà ta’ bejn 12% u 8%.
Il-Qorti kienet tefgħet it-tort kollu fuq il-Protezzjoni Ċivili u ordnat kumpens ta’ €73,240. Madankollu l-Qorti tal-Appell iddeċidiet li kwart tat-tort kien tar-raġel minħabba nuqqas ta’ attenzjoni. Hija kkunsidrat, inkluż il-paga li kellu dak iż-żmien u niżżlet il-kumpens għal €31,320.