Jonathan Shaw jitfa’ n-nomina għas-siġġu fil-Parlament Ewropew

Jonathan Shaw tefa’ n-nomina tiegħu għall-elezzjoni każwali għas-siġġu fil-Parlament Ewropew ta’ Therese Comodini Cachia.
Shaw huwa r-raba’ kandidat hekk kif Raymond Bugeja, Norman Vella u Francis Zammit Dimech tefgħu n-nomina tagħhom nhar it-Tlieta li għadda.
Therese Comodini Cachia rriżenjat mill-Parlament Ewropew wara li ġiet eletta fil-Parlament Malti fl-aħħar Elezzjoni Ġenerali.
L-għadd tal-voti se jsir nhar it-Tlieta li ġej.