Jonas iħalli 18-il persuna mejta fl-Istati Uniti

Jitla’ għal 18 in-numru tal-vittmi tal-maltempata tas-silġ Jonas li laqtet il-Lvant tal-Istati Uniti. 
Il-maġġor parti tal-vittmi mietu waqt inċidenti tat-traffiku kawża tas-silġ. 
F’uħud miż-żoni niżel aktar minn 100 ċentimetru ta’ silġ, bi 11-il stat jiddikkjara stat ta’ emerġenza. 
B’kollox, il-maltempata Jonas, mlaqqma bħala “l-maltempata-mostru”, affettwat 20 stat Amerikan, jiġifieri mal-85 miljun persuna. 
Huma madwar l-10,000, it-titjiriet tal-ajru li ġew ikkanċellati. 
Il-Pentagon sejjaħ 2,300 suldat biex jagħtu l-għajnuna liċ-ċittadini.