Jolqot karozza u jibqa’ sejjer fil-Mellieħa; traffiku kbir

Maltese Roads Traffic Updates

Persuna laqtet karozza u baqgħet sejra fil-Mellieħa.

Dan ġie kkonfermat ma’ Newsbook.com.mt minn kelliema għall-Pulizija li spjegat li l-każ seħħ fi Triq Ġorġ Borg Olivier. Il-karozza li ntlaqtet ma setgħetx tinstaq u għal din ir-raġuni nġema’ traffiku kbir fit-triq.

Ħadd ma weġġa’ kawża ta’ dan l-inċident.