Joħroġ tender li se jwassal għal inqas kimiċi fl-ilma

Drone shot Malta

Tnieda tender ġdid li wieħed mill-benefiċċji tiegħu hu li se jonqsu l-kimiċi li jiżdiedu fl-ilma.
Il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma (WSC) ħarġet tender biex tinbena mina twila disa' kilometri biex ittejjeb il-kwalità tal-ilma f’Malta. Il-proġġett għandu jtejjeb ukoll l-effiċjenza u s-sostenibbiltà tal-provvista tal-ilma.
It-tender jagħmel parti mill-proġett tal-WSC ‘Net Zero Impact Utility’.
Skont il-Kap Eżekuttiv tal-WSC Richard Bilocca, il-proġett għandu jtejjeb il-mod kif jitħallat l-ilma u se jonqsu l-kimiċi miżjuda.
It-tender jkopri it-tħaffir, il-kostruzzjoni, it-tqegħid tal-pajpijiet, u t-tlestija tal-mina bejn il-ġibjuni f’Ta’ Qali u l-impjant tar-reverse osmosis f’Pembroke.
Mill-ġibjuni f'Ta’ Qali l-ilma se jgħaddi lejn iż-żoni tal-Lvant ta' Malta minn Tas-Sliema lejn il-Belt Valletta. Transfer line oħra se tgħaddi bejn il-ġibjuni ta’ Misraħ Lewża f’San Ġawnn permezz ta’ pajp separat minn Ta’ Qali.
Ritratt: WSC