Joħroġ sett numiżmatiku ġdid dwar iċ-CHOGM

Fl-okkażjoni tal-laqgħa taċ-CHOGM f’Malta, il-Bank Ċentrali ta’ Malta u l-Maltapost qed joħorġu prodott numiżmatiku ġdid li jikkonsisti f’medalja tal-fidda, bolla tal-fidda u pjanċa tal-metall.
Il-munita, maħruġa mill-Bank Ċentrali, turi lil Forti Sant’Anġlu, li qed jintuża għall-ewwel darba f’okkażjoni ta’ importanza waqt iċ-CHOGM. Inħadmet f’verżjoni proof u ġiet iddisinjata mir-Royal Dutch Mint.
Il-bolla tal-fidda turi l-loġi taċ-CHOGM u nħadmet minn PAMP S.A.
Min-naħa l-oħra, il-pjanċa tal-medall, maħduma minn De La Rue, turi l-karta tal-Lm10 li kien ħareġ il-Bank Ċentrali ta’ Malta fl-1972.
Il-prodott hu limitat għal 1,150 sett, li jinbiegħ f’kaxxa attraenti għall-prezz ta’ €145.
Il-Gvernatur tal-Bank Ċentrali u ċ-Chairman tal-Maltapost ippreżentaw sett lill-Prim Ministru.