Joħroġ mill-koma wara sena għax xamm il-flus

Raġel Ċiniż kien ilu f’koma għal iktar sena.
It-tobba kienu qed jaqtgħu qalbhom li kien se juri xi tip ta’ titjib għax ippruvaw minn kollox biex joħorġuh mill-koma imma xejn ma ried jaħdem … sakemm ġiet idea lil infermier fis-sala.
Xiao Lin beda jirreaġixxi hekk kif l-infermier għadda karta tal-mitt yuan, il-munita Ċiniża, minn taħt imnifsejh!
Skont il-familja ta’ Lin, dan għaliex ir-raġel tant kien intrussat u jħobb il-flus!
Fil-fatt, l-idea tal-infermier ħarġet wara li t-tim mediku staqsa lill-familja tiegħu x’kien iħobb l-iktar.
"Dak li ġara kien straordinarju", qal ir-responsabbli tas-sala. "Qatt ma rajt bħalu f’20 sena ta’ karriera!"
Dan kien speriment li ppruvaw jagħmlu biex iqanqlu memorji marbuta max-xamm….u ħadem!