Joħroġ ir-riżultat tal-awtopsja taż-żagħżugħ li miet ilbieraħ fin-Naxxar

L-awtopsja fuq il-katavru ta’ Matthew Demicoli, li lbieraħ miet fit-triq quddiem il-Higher Secondary fin-Naxxar, tikkonferma li ż-żagħżugħ miet b’kawża naturali.
Il-Pulizija qalet li ż-żagħżugħ ta’ 17-il sena minn Ħal Balzan miet meta ċeda l-pulmun li wassal għal kumplikazzjonijiet tal-qalb.