Ħareġ għalihom bix-xabla fl-Għarb

Tliet persuni weġġgħu wara li kienu involuti f’argument fl-Għarb, meta raġel ħareġ għaż-żewġ persuni l-oħra b'xabla.

Il-każ seħħ għall-ħabta tat-3.30 am fil-lejl ta’ bejn is-Sibt u l-Ħadd fi Triq Trux fl-Għarb.

Newsbook.com.mt huwa nfurmat li l-argument beda fuq parkeġġ.

It-Taqsima tar-Relazzjonijiet Pubbliċi tal-pulizija kkonfermat ma’ Newsbook.com.mt li t-tliet persuni ttieħdu l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex minħabba l-ġrieħi li ġarrbu.

Huma ngħataw il-kura meħtieġa u aktar tard ġew iċċertifikati li ġarrbu ġrieħi ħfief.

Il-pulizija għadha qed tinvestiga l-każ.