Joħroġ b’harpoon u sikkina f’Paceville; ġie arrestat

Raġel ta’ 22 sena mill-Imsida kien arrestat fil-lejl li għadda f’Paceville għal ħabta tas-1.00am wara li kien fil-pussess ta’ harpoon u sikkina.

Il-Pulizija kkonfermat ma’ Newsbook.com.mt li r-raġel ittieħed immedjatament l-għassa ta’ San Ġiljan wara s-sejba ta’ dawn l-armi fi Triq Elija Żammit.

Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet dwar dan il-każ.