Joħorġu stocks tal-Gvern bi rkant

L-Accountant General ħabbar il-ħruġ ta’ €40,000,000 Stock tal-Gvern ta’ Malta suġġett għal dritt li jiżdied l-ammont li għandu jinġabar sa massimu ta’ €35,000,000 kif ġej:-
(i)         1.4% Stock tal-Gvern ta’ Malta 2023 (III) Fungibility Issue, u
        
(ii)        1.5% Stock tal-Gvern ta’ Malta 2027 (I) Fungibility Issue, jew
           
(iii)       f’ammonti miż-żewġ Stocks b’valur nominali flimkien ta’ €40,000,000.
 
L-applikazzjonijiet magħmulin f’offerti bi rkant għal minimu ta’ €500,000 u multipli ta’ €100,000 kull waħda jiftħu l-Erbgħa t-2 ta’ Awwissu, 2017 fit-8.30 u jagħlqu f’nofsinhar, jew aktar kmieni fid-diskrezzjoni tal-Accountant General.
L-offerti fuq il-formoli preskritti għandhom jintbagħtu fuq fax 2596 7210 jew permezz ta’ e-mail jew jintefgħu fil-Kaxxa tal-Offerti tat-Teżor, il-Furjana.
Ir-riżultat tal-allokazzjoni ta’ kull Stock jiġi mgħarraf sagħtejn li jagħlqu l-offerti bi rkant.
Il-formoli tal-applikazzjoni jinkisbu mingħand il-membri kollha tal-Borża ta’ Malta u provdituri oħra awtorizzati ta’ Servizzi ta’ Investiment, u jistgħu jitniżżlu wkoll minn fuq is-sit tat-Teżor. 
Aktar tagħrif dwar dawn l-iStocks jinsab fil-prospett li jista’ jitniżżel minn hawn.