Joħorġu iktar dettalji dwar il-massakru f’Pariġi

Informazzjoni bid-dettalji dwar ir-rejd li sar ilbieraħ mill-Pulizija Franċiża f’Pariġi turi li l-Pulizija kienu qed jisimgħu l-konverżazzjoni fiż-żewġ stabbilimenti b’mod sigriet.
Dan kien qed ikun possibli minħabba li t-terrorista ma poġġiex it-telefown f’postu wara li għamel it-talbiet tiegħu lill-awtoritajiet Franċiżi.
Il-prosekuturi Franċiżi qalu li għandhom evidenza li l-aggressuri kienu jafu lil xulxin.
Fis-supermarket fil-Lvant ta’ Pariġi, l-uffiċjali ħatfu l-mument meta t-terrorista Amedy Coulibaly niżel għarkupptejh biex jgħid it-talb ta’ filgħaxija. Dak il-ħin l-uffiċjali setgħu jidħlu fil-bini biex jeħilsu lill-ostaġġi.
Fil-bini kien hemm 19-il persuna meta Coulibaly daħal biex jispara. Hu qatel erba’ persuni eżatt malli daħal.
Iktar tard il-Pulizija daħlu fis-supermarket f’xena ta’ sparar fejn irnexxilhom jeħilsu l-15 l-oħra u joqtlu lit-terrorista hekk kif kien qed jipprova jaħrab.