​Joħorġu d-dettalji tal-Via Sacra li se jmexxi l-Arċisqof

Il-Via Sacra Djoċesana mmexxija mill-Arċisqof Charles Scicluna se ssir nhar l-Erbgħa 28 ta’ Marzu 2018.
Fi stqarrija, il-Knisja f’Malta qalet li l-Via Sacra se tibda fis-7:30pm minn ħdejn l-istatwa t’ Kristu Re (quddiem il-lukanda Phoenicia), u tintemm quddiem il-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta.
Fl-okkażjoni tas-Sinodu tal-Isqfijiet dwar iż-Żgħażagħ imsejjaħ mill-Papa Franġisku, li se jsir
f’Ottubru li ġej fil-Vatikan, l-Arċisqof talab lil Malta Catholic Youth Network (MCYN) biex żgħażagħ minn gruppi differenti jħejju r-riflessjonijiet tal-Via Sacra.
Il-Knisja f’Malta qalet li l-Insara kollha huma mistiedna jattendu għal Via Sacra li se ssir lejlet it-Tridu tal-Għid li matulu l-Knisja Universali tfakkar il-passjoni, il-mewt, u l-qawmien ta’ Ġesù.