Joħorġu aktar dettalji dwar is-serqa minn razzett fl-Għid

Kompliet il-kumpilazzjoni tal-provi kontra Maximilian Ciantar, li jinsab akkużat b’serq minn razzett f’Ħad-Dingli fl-Għid li għadda.
Fil-Qorti nstema’ kif dakinhar tas-serqa, koppja ġiet aggredita minn żewġt irġiel, meta kienu qed jeħilbu l-baqar fis-sigħat bikrin ta’ filgħodu. Wieħed mill-irġiel kellu sikkina f’idejh.
Instema’ wkoll kif l-irġiel vvandalizzawlhom il-vann u serqulhom iċ-ċwievet tal-karozza u r-remote tal-garaxx li għandhom ir-Rabat.
Fil-Qorti wieħed mix-xhieda qal li għaraf lill-akkużat minn għajnejh u xagħru.
Ciantar, li għandu 26 sena, wieġeb mhux ħati li hu kien il-moħħ wara din is-serqa.
Dwar l-istess każ, qed jgħaddi proċeduri separati, żagħżugħ ta’ 19-il sena.