Joħolqu programmi li jagħrfu profili foloz fuq l-internet

Riċerkaturi rnexxielhom joħolqu kompjuters apposta li kapaċi jagħrfu profili foloz fuq il-midja soċjali.
Dawn it-tip ta’ profili jintużaw min-nies li jippretendu li jkunu persuna oħra fuq dawn is-siti, metodu li jissejaħ catfishing.
Riċerkaturi Ingliżi rnexxielhom jiktbu programmi apposta li kapaċi jidentifikaw persuna meta din tigdeb dwar il-ġeneru sesswali tagħha fuq l-internet b’riżultat preċiż ta’ aktar minn 90%.
Fir-riċerka ħareġ li l-maġġoranza ta’ siti tad-dating qalu li l-klijenti tagħhom jiltaqgħu ma’ profili foloz ta’ spiss. Dan iwassal biex tinħoloq l-opportunità biex persuna tispiċċa vittma ta’ frodi.
Skont dan l-istudju 40% tal-profili fuq dawn is-siti jigdbu dwar l-età filwaqt li 25% jigdbu dwar il-ġeneru tagħhom.