Joħolqu app għall-vittmi ta’ vjolenza domestika fl-Albanija

Dea Rrozhani and Jonada Shukarasi, both 16, creators of "GjejZa", an application that's intended to fight domestic violence, work on laptops in Tirana, Albania September 25, 2019. Picture taken September 25, 2019. REUTERS/Florion Goga

Tliet tfajliet ta’ 16-il sena Albaniżi żviluppaw app li tgħin vittmi ta’ vjolenza domestika jsibu s-sapport li għandhom bżonn. Huma għamlu dan bil-għan li jtaffu l-problema kbira ta’ vjolenza domestika fl-Albanija. Dan hekk kif skont survej waħda minn kull żewġ nisa sofrew abbuż tat-tip is-sena li għaddiet.

L-app li jisimha Find Your Voice (GjejZâ) se tiġi mnedija l-Ġimgħa, wara li rebħu kompetizzjoni internazzjonali għat-teknoloġija għat-tfajliet fl-Istati Uniti. Waħda mill-iżviluppaturi spjegat li l-vjolenza domestika fil-pajjiż qed taffettwa ħafna tfajliet bħalha. Matul l-2018, 4,000 każ ta’ vjolenza domestika ġew rappurtati.

It-tliet tfajliet tgħallmu l-coding u kif joħolqu l-apps erba’ snin ilu permezz ta’ programm immexxi mill-Ambaxxata tal-Istati Uniti f’Tirana.