Aġġornata: Ir-Renju Unit bla pjan dwar il-fruntiera Irlandiża

    Ir-Renju Unit għadha ma ħarġitx b’soluzzjoni biex tieħu post il-backstop Irlandiża. Il-backstop tfisser li l-fruntiera bejn l-Irlanda u r-Renju Unit tingħalaq.

    Dan qalitu l-Kummissjoni Ewropea wara li kkonkludiet il-laqgħa bejn il-Prim Ministru tar-Renju Unit Boris Johnson u l-President tal-Kummissjoni Ewropea Jean-Claude Juncker. Huma ltaqgħu fil-Lussemburgu għall-ewwel darba minn meta Johnson sar prim ministru.

    Johnson qal li l-backstop tmur kontra d-demokrazija u li ma tistgħax tkun fi ftehim li se jagħmel hu mal-Unjoni Ewropea. Huwa kien kiteb lill-President tal-Kunsill Ewropew Donald Tusk biex titneħħa l-backstop Irlandiża, jiġifieri li l-fruntiera bejn l-Irlanda u r-Renju Unit tibqa’ miftuħa.

    Aqra: Johnson jikteb lil Tusk biex il-fruntiera bejn l-Irlanda u l-Ingilterra tibqa’ miftuħa

    L-eks ministru David Guake qal li ma kienx hemm pjanijiet dettaljati biex jissostitwixxi l-Irish backstop.