Johnson mitlub jiskuża ruħu għal li qal fuq MP maqtula

Il-Prim Ministru Ingliz Boris Johnson

Il-Prim Ministru tar-Renju Unit intalab jiskuża ruħu wara li qal li l-aħjar mod ta’ kif wieħed jista’ jonora lill-MP il-maqtula Jo Cox kien li jitlesta Brexit. Cox inqatlet waqt il-kampanja tar-referendum dwar l-Unjoni Ewropea.

Skont il-BBC, Boris Johnson spiċċa kkritikat talli sejjaħ abbozz ta’ liġi intiża biex tibblokka ‘no-deal Brexit’ bħala “surrender bill”.

Il-MP tal-Partit Laburista Jess Philips qalet li l-aktar ħaġa kuraġġjuża li jista’ jagħmel il-PM huwa li jiskuża ruħu.

Però, iċ-Chairperson tal-konservattivi James Cleverly qal li l-kritika li laqqat Johnson ma kinetx ġustifikata.

Ir-raġel ta’ Cox qal fuq Twitter li ma tantx iħossu sew li isem martu kien qed jintuża’ b’dak il-mod mingħand Johnson.