Johnson jittama li l-vulnerabbli jingħataw il-vaċċin sal-Għid

Boris Johnson
Via 10 Downing Street

Boris Johnson ħabbar li jittama li sal-Għid il-persuni li huma l-iktar f’riskju jkunu ingħataw l-vaċċin. Huwa indika li madanakollu l-vaċċin mhux se jkun mandatorju u se jħalli lill-poplu jiddeċiedi hu jekk iridx jieħu l-vaċċin jew le. 

Sadanittant ir-Renju Unit ħabbar li ser jippermetti li massimu ta’ 4,000 persuna ser jitħallew jkunu preżenti għall-attivitajiet sportivi meqjusa bħala elite u li jkunu fil-beraħ, f’ċerti żoni meqjusa bħala ta’ riskju baxx. Il-Gvern Ingliż introduċa livelli varji ta’ riskji maż-żoni rispettivi, maqsuma fuq tliet livelli biex ikun jista jikkontrolla l-imxija tal-marda. 

Bħala parti mir-restrizzjonijiet, kien impost lockdown għal perjodu ta’ xahar li ser jiġi fi tmiemu nhar it-Tnejn li ġej.