Johnson jitlob biex il-pariri tal-Gvern jittieħdu b’aktar serjetà

Boris Johnson wissa li se jieħu miżuri aktar ħorox jekk il-poplu mhux se jieħu bis-serjetà l-pariri tal-Gvern.

Il-Prim Ministru Ingliż rringrazzja lil dawk li qed jagħmlu sagrifiċċju, iżda saħaq li n-nies għandhom isegwu l-linji gwida ta’ kif iżommu ‘l bogħod b’mod soċjali. Wissa li jekk mhux se jkunu qed jimxu b’mod responsabbli, se jkollu jimplimenta aktar miżuri.

Dan stqarru wara li l-ammont ta’ persuni li mietu fl-Ingilterra laħaq il-281 persuna, inkluż żgħażugħ ta’ 18-il sena li kellu diġà kundizzjoni medika. Jidher li dan iż-żgħażugħ huwa l-iżar persuna li mietet kaġun tal-vajrus. Minn nhar is-Sibt sall-Ħadd mietu 48 persuna, fosthom 37 fl-Ingilterra u seba’ f’Wales. L-NHS stqarret li l-imwiet fl-Ingilterra fl-aħħar 24 siegħa kienu ta’ persuni li kellhom diġà xi mard ieħor qabel ma mardu bil-coronavirus.

L-NHS fl-Ingilterra identifikat 1.5 miljun persuna li huma f’riskju li jitilfu ħajjithom kaġun tal-coronavirus. B’hekk ġew ordnati jibqgħu d-dar għal 12-il ġimgħa.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn