Johnson jisħaq li l-Qorti Suprema kienet żbaljata dwar is-sospenzjoni

Il-Prim Ministru Ingliz Boris Johnson

Boris Johnson qal lill-Membri Parlamentari li l-Qorti Suprema kienet żbaljata meta tkellmet dwar kwistjoni politika fi żmien ta’ kontroversja kbira nazzjonali. L-ogħla qorti tar-Renju Unit iddeċidiet li d-deċiżjoni ta’ Johnson li jissospendi l-Parlament kienet tmur kontra l-liġi. Dan wassal biex l-oppożizzjoni għamlet talba biex Johnson jirriżenja.

Il-Prim Ministru kien sfurzat iwaqqaf iż-żjara tiegħu fi New York biex jispjega t-telfa legali lill-Commons.

Jeremy Corbyn qal li Johnson messu rriżenja.

Iżda Johnson ipprovoka lill-mexxej tal-Labour kif ukol lil partiti oħra fl-oppożizzjoni biex fl-aħħar jistmaw lill-votanti li vvutaw fl-elezzjoni ġenerali. Iżda l-Labour u l-SNP irrifjutaw li jagħmlu dan sakemm in-no-deal Brexit jitneħħa minn wieħed mill-alternattivi.

AQRA: L-Ingliżi lura għall-Parlament; sejħiet biex Johnson jirriżenja