Johnson jikkonsidra elezzjoni ġenerali bikrija biex jisforza Brexit

Read in English.

Il-Prim Ministru Ingliż Boris Johnson mistenni jiffaċċja vot ta’ sfiduċja fil-parlament, wara li l-membri parlamentari jridu jieħdu kontroll tal-aġenda biex jwaqqfu Brexit mingħajr ftehim.

L-ex kanċillier Philip Ham-mond qal li jaħseb li hemm biżżejjed appoġġ għall-abbozz biex itawwal iż-żmien li fih r-Renju Unit joħroġ mill-EU.

Kelliem għall- 10 Downing Street wissa li l-Prim Ministru kien jantiċipa elezzjoni fl-14 t’Ottubru jekk il-maġġjoranza tintilef.

Huwa qal li Johnson ma jridx elezzjoni bikrija iżda proġress mal-Unjoni Ewropeja mhux possibbli jekk dan l-abbożż jgħaddi mill-parlament. Huwa maħsub li hemm mal-15 –il membru tal-grupp tal-konservattivi fil-parlament f’sitwazzjoni fejn il-Gvern għandu appoġġ ta’ siġġu wieħed.