Il-Qorti Suprema tiltaqa’ biex tiddeċiedi jekk Johnson kisirx il-liġi

Il-Prim Ministru Ingliz Boris Johnson

Il-Qorti Suprema tar-Renju Unit qed tiltaqa’ biex tikkonsidra jekk il-Prim Ministru (PM) Boris Johnson kienx qed imur kontra l-liġi meta ssospenda l-Parlament.

11-il Maġistrat se jisimgħu żewġ appelli dwar id-deċiżjoni tiegħu biex jaġġorna l-Parlament għal ħames ġimgħat, bil-parlamentari Ingliżi ma jirritornawx qabel l-14 t’Ottubru. Din is-sospensjoni tal-Parlament tfisser li d-data ta’ Brexit, il-31 t’Ottubru, dejjem qed tiġi eqreb mingħajr ftehim.

Aqra: Il-Parlament Ingliż jaġġorna għal ħames ġimgħat

Il-PM qal li se jistenna d-deċiżjoni tal-Maġistrati qabel jiddeċiedi jekk il-Parlament ux se jsir fil-ġimgħat li ġejjin. Wara s-sospensjoni, Johnson se jwassal id-diskors tar-Reġina, li se jħabbar aġenda ġdida.

Aqra: Aġġornata: Ir-Reġina se tissospendi l-Parlament f’Settembru