Johnson irid elezzjoni fit-12 ta’ Diċembru

Boris Johnson

Read in English.

Il-Prim Ministru tar-Renju Unit Boris Johnson qal li se jkun qed jagħti aktar ħin lill-MPs biex jiddibattu dwar il-ftehim ta’ Brexit, però dan isir biss jekk jaqblu li jkun hemm elezzjoni ġenerali fit-12 ta’ Diċembru.

Johnson qal li jistenna li l-UE tagħti estenzjoni għad-deadline tiegħu tal-31 ta’ Ottubru, anke jekk “verament” ma xtaqx waħda.

Appella lil-Labour biex jappoġġjaw vot dwar elezzjoni. Irid li l-vot isir il-ġimgħa d-dieħla.

L-UE mistennija tagħti l-verdett tagħha dwar l-ittardjar tal-Brexit għada.