John x’se joffri lil Jamie?

Waqt l-episodju tal-lum ta’ Ħbieb u Għedewwa se naraw lil Frank jispjega għaliex ma jaqbel xejn mal-konkluzzjoni li kienet waslet għaliha Elizabeth. Allura għaliex ċempel lil Etienne?

U Winnie x’se tagħtih lil Etienne u għaliex meta tmur se jiftaħ qalbu magħha?

Iżda hi twissieh li jekk kien se jkollha xi konsegwenzi kienet se tagħmel xi ħaġa. Xiex?

John jiltaqa’ ma’ Jamie. X’se joffrilha? Fejn se tmur Valentina?

Ħbieb u Għedewwa jixxandar mit-Tnejn sal-Ġimgħa fl-3.45pm fuq l-istazzjon Melita More, Channel 315. Is-sensiela għandha kitba ta’ Dr Michael Vella Haber u Evelyn Saliba La Rosa.