John x’għandu f’moħħu?

Fl-episodju tal-lum ta’ Ħbieb u Għedewwa se naraw Manwel Laferla x’se jkun qed jagħti lil Gloria biex juriha li qatt ma kien insieha.

Niskopru wkoll xogħol qiegħed joffri lil Jamie u x’inhuma l-kundizzjonijiet?

Għaliex Yvonne u Jane jinsabu nkwetati fuq Nadia u l-atteġġjament tagħha? X’qalilhom Frankie? X’se jiġrilu Felix? X’għamlulu?

Ħbieb u Għedewwa jixxandar fuq Melita More, Cable Channel 315, mit-Tnejn sal-Ġimgħa fl-3.45pm. Għandu kitba ta’ Dr Michael Vella Haber u Evelyn Saliba La Rosa, bi produzzjoni ta’ Rewind.