John u Frank x’messaġġ se jirċievu?

Illum fl-3.45pm fuq Melita More, Cable Channel 315, tixxandar is-86 puntata mis-sitt u l-aħħar staġun ta’ Ħbieb u Għedewwa naraw lil Brenda u Kristianne jmorru jħabbtu d-dar ta’ Karl. X’se jiġri?

Winnie u Adam imorru jiċċelebraw ħdejn il-baħar. X’se jgħidu?

John, Frank, Saviour u Etienne jistqarru xi ħaġa dwar il-kumpanija tagħhom. X’se jkunu qed jiddiskutu? John u Frank jirċievu messaġġ. Għaliex se joħorġu ‘l barra mill-uffiċċju ta’ Etienne?

Ħbieb u Għedewwa għandu kitba ta’ Dr Michael Vella Haber u Evelyn Saliba La Rosa, bi produzzjoni ta’ Rewind.

Repetizzjoni ta’ dan l-episodju tixxandar għada fl-10.15am.