John Kerry f’taħdidiet dwar il-futur tal-Iran

Is-Segretarju tal-Istat Amerikan John Kerry, wasal l-Awstrija fejn mistenni jkollu taħdidiet mal-Iran u rappreżentanti ta’ erba’ pajjiżi oħra li huma membri tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti.
Dawn huma, l-Ingilterra, Franza, ċ-Ċina u r-Russja. 
Fuqnett tal-aġenda, il-futur tal-programm nukleari fl-Iran hekk kif sal-20 ta’ dan ix-xahar, għandu jintlaħaq qbil permanenti. 
John Kerry qal li huwa kruċjali li l-Iran ma jiżviluppa l-ebda armamenti nukleari u li l-programm għandu ikun wieħed paċifiku. 
Tehran qed jinsisti li l-programm tiegħu huwa wieħed ta’ paċi iżda l-mexxejja tal-pajjiżi msemmija għandhom dubju kemm Tehran qed ikun sinċier fl-istqarrijiet tiegħu.