John Hick ta’ Neptunes jikser rekord fl-400m freestyle

John Hick ta’ Neptunes ħa sehem fit-Torneio Regional Petiz li ġiet organizzata mill-Federacao Aquatica Paulista f’Sao Paolo, l-Brasil. Huwa kkompeta fl-avveniment tal-400m Freestyle u għamilha f’4:33,64. B’hekk irnexxielu jistabbilixxi ħin ġdid fi Grupp B tal-età tiegħu. Ir-rekord preċedenti kien ta’ 4: 37,05 miksub minn Hick stess.

Tul l-istess kompetizzjoni, Hick ħa sehem ukoll fl-avveniment tal-200m Butterfly u kiser rekord bil-ħin ta’ 2: 37,16. Ir-rekord preċedenti kien ta’ Neil Muscat f’April tal-2011.