“John għallimni nemmen fija nnifsi” – Janice

Janice Grech, il-producer tal-programm Akila, ħabbret b’mod uffiċjali li hi u l-maħbuba tagħha, il-preżentatur magħruf John Busuttil se jkunu qed jiżżewġu fi ftit taż-żmien ilu.

Hija kitbet li kellhom ħafna avventuri u safar f’dan l-aħħar tlett snin sakemm waslu s’hawn waqt li ddeskriviet li t-triq kienet waħda iebsa iżda bl-imħabba li jifhmu lil xulxin wasslithom fejn qegħdin illum.

Janice, li hija omm Yanika Azzopardi, li tippreżenta Akila, iddeskriviet lil John bħala persuna li hi dejjem hi żgura bih u li tinsab onorata b’imħabbtu lejha. Tgħid li hu ta kollox fil-ħajja, iżda aktar minn hekk għallimha temmen fiha nfisha, li jkollha vuċi u anki opinjoni, li tkabbar u ssaħħaħ il-karattru li qatt ma’ kellha.

Kompliet tiddeskrivi lil John bħala l-anġlu tagħha, ir-raġel tagħha, missier it-tfal li tilfu, u dalwaqt ir-raġel tagħha.

Inċidentalment, dan l-aħħar it-tifla ta’ John Busuttil, Charis, ukoll tgħarrset b’mod uffiċjali lill-attur Clayton “Ċomba” Zammit, li jinterpreta lil Frankie fis-sensiela Ħbieb u Għedewwa.