John Dalli temm xogħlu mal-Gvern – il-Prim Ministru

John Dalli temm ix-xogħol tiegħu mal-Gvern. Tqabbad biex iservi ta’ konsulent fil-qasam tas-saħħa u x-xogħol li kellu jagħmel, lestih.
Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal dan lill-mezzi tax-xandir waqt żjara li għamel fuq il-kampus tal-Università ta’ Malta hu u jiltaqa’ mal-istudenti waqt Freshers’ Week.
Fil-bidu tas-sena akkademika l-ġdida, l-Università ta’ Malta qed tilqa’ fi ħdanha 11,226 student għal 777 kors differenti

Ritratt: DOI – Martin Attard