John Dalli jieħu passi legali kontra l-Kummisjoni Ewropea

L-eks Kummissarju Ewropew Malta John Dalli ressaq każ kontra l-Kummisjoni Ewropea quddiem il-Qorti Ewropea għall-Ġustizzja fil-Lussemburgu.

Dalli huwa rapreżentat minn tlett avukati barranin, u qed jitlob li tiġi rtirata l-ordni verbali għar-riżenja tiegħu minn Kummisarju Ewropew.

L-eks Kummisarju Ewropew Malti qed jinsisti li s-sejħa għar-riżenja tiegħu mill-President tal-Kummisjoni Ewropea Jose Manuel Barroso marret kontra regoli Ewropej u ma sarux il-proċeduri legali neċessarji

John Dalli kien mitlub jirriżenja wara li investigazzjoni tal-aġenzija OLAF sabet li kien konxju li n-negozjant Silvio Zammit kien qed juża ismu biex jinfluwenza liġijiet dwar is-suq tat-tabakk.